Wied il-Għajn
| Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| Wied il-Għajn | |||
|---|---|---|---|
|
| |||
|
| |||
|
| |||
| Amministrazzjoni | |||
| Stat sovran | Malta | ||
| Reġjuni ta’ Malta | Reġjun tan-Nofsinnhar | ||
| Ġeografija | |||
| Koordinati | 35°51′45″N 14°34′03″E / 35.8625°N 14.5675°EKoordinati: 35°51′45″N 14°34′03″E / 35.8625°N 14.5675°E | ||
|
| |||
| Superfiċjenti | 5.4 kilometru kwadru | ||
| Għoli | 12 m | ||
| Demografija | |||
| Popolazzjoni | 15,579 abitanti (31 Diċembru 2020) | ||
| Informazzjoni oħra | |||
| bliet ġemellati |
Houffalize (mul) | ||
Wied il-Għajn, magħruf ukoll bħala Marsaskala (miktuba ukoll bħala Marsascala u mqassra hekk: M'Skala), huwa raħal fix-xlokk ta' Malta. Sa ftit żmien ilu kienu jgħixu fih ftit mijiet ta' nies, imma issa kiber ħafna. F'Diċembru 2005 kien jgħodd 6,082 ruħ, li minnhom 3,050 kienu rġiel. Sal-2018 il-popolazzjoni telgħet għal madwar 17,000 jiġifieri żdiedet b'madwar 11,000 fi ħdax-il sena. L-aħħar stima tal-popolazzjoni (sal-aħħar tas-sena 2024) huwa ta' 18,714 abitant.[1]
Wieħed mill-ikbar irħula ta' Malta bħala qies, huwa jmiss maż-Żejtun, Marsaxlokk, ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar. Fost l-artijiet li jinsabu f'Wied il-Għajn hemm Ras il-Munxar, Ras il-Gżira u Ras iż-Żonqor.
Sa qabel il-gwerra Wied il-Għajn kien raħal tas-sajjieda, bdiewa u nies li jaħdmu l-melħ.
Il-parroċċa hija l-unika waħda f'Malta li hija ddedikata lil Sant'Anna. Il-festa tagħha tiġi fl-aħħar Ħadd ta' Lulju. Il-knisja li hemm illum bdiet tinbena fl-1953, filwaqt li l-kampnar inbena bejn l-1988 u l-1993. Dan tellgħu l-bennej Luqi Ġanni Spiteri, flimkien ma' Fredu Żammit u Fredu Muscat. Il-kampnar ħa mija u sittin vjaġġ ġebel biex sar.
Ħoloq
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Migliore, Sharon (2025-07-10). "World Population Day: 11 July 2025" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-19.